SOS Hondoq - Media Releases

Sunday, September 24, 2006

MLP Media Release

MEDIA RELEASE
18 TA’ AWISSU 2006

Stqarrija mahruga mid-Deputati Laburisti L-Avukat Joe Brincat, Kelliem Ewlieni ghall-Ambjent u l-Patrimonju Nazzjonali, mid-Deputat Roderick Galdes, Kelliem ghall-Ambjent u l-Patrimonju Nazzjonali u mid-Deputat l-Avukat Anton Refalo, Kelliem Ewlieni ghar-Regjun ta’ Ghawdex

Zvilupp tal-Hondoq fil-Qala Ghawdex

Qed nesprimu t-thassib serju taghna ghall-proposta ta’ zvilupp ta’ l-inhawi maghrufa bhala Hondoq ir-Rummien qrib il-Qala gewwa Ghawdex. Minn aspett ambjentali din il-il-proposta kif imressqa quddiem il-MEPA tmur kontra l-principji ta' zvillup sostennibli.

Ma jaghmilx sens li medda ta’ art daqstant kbira u tant qrib il-bajja popolari ta’ Hondoq ir-Rummien ghandha tinghata ghal zvilupp massiv u intensiv kif qed ikun propost. L-approvazzjoni ta’ dan il-progett jista’ jfisser li l-bajja ta’ Hondoq tkun qed titpogga f’riskju serju, kemm fil-rigward ta’ l-ezistenza fizika taghha stess kif ukoll meta wiehed iqis id-dritt tal-pubbliku li jkollu kull access ghall-bajja u l-inhawi ta’ madwarha.

Aktar minn hekk, f’kuntest ta’ sostenibbilta’, ma jaghmilx sens li Ghawdex jinghata daqqa ta’ harta ohra tant kbira ghal dak li ghandu x’jaqsam mal-harsien ta’ l-ambjent naturali tieghu. Bilfors li wiehed m'ghandux jinsa l-impatt negattiv li dan il-progett ihalli fuq il-hajja tar-residenti tal-Qala, bit-traffiku li jigi generat, kemm waqt it-twettiq tal-progett u kemm wara.
Filwaqt li nemmnu li ghandu jsir kull sforz sabiex l-inhawi ta’ Hondoq ir-Rummien ikunu mharsa tajjeb anke permezz ta’ progetti ta’ rijabilitazzjoni, jibqa’ l-fatt li dan m’ghandux jimplika t-tip ta’ izvilupp massiv kif qed ikun propost bhalissa.

B’dispjacir ninnotaw ukoll li kull meta jitfacca xi progett ta’ zvilupp pjuttost kontroversjali qed johrog fil-berah kemm il-pubbliku mhux jinghata spazju u zmien bizzejjed sabiex jesprimi l-opinjoni tieghu f’atmosfera ta’ konsultazzjoni xierqa u mill-aktar wiesgha.

Xi zmien ilu n-nies tal-Qala kienu diga’ esprimew id-dizapprovazzjoni taghhom ghal dan il-progett partikolari. Ma nistghux nifmhu kif, minkejja dan, il-Gvern donnu jaghzel li jibqa’ passiv u jinjora l-preokkupazzjonijiet tal-pubbliku, filwaqt li juza’ l-MEPA bhala paraventu skond ic-cirkustanzi.

Progett bhal dan f'area sensittivi ghall-ambjent naturali ta' dawn il-gzejjer bl-ebda mod ma’ huwa idoneju ghall-inhawi ta’ Hondoq ir-Rummien u lanqas huwa konformi mal-htigijiet ta’ zvilupp sostenibbli li Ghawdex tant jehtieg.

Fl-isfond tal-Pjani tal-Partit Laburista ghall-Ambjent u r-Regjun t'Ghawdex nemmnu li l-karatteristici naturali tal-gzira Ghawdxija ghandhom ikunu mharsa u gawduti minn kulhadd u mhux ikunu sagrifikati ghall-skopijiet ta’ spekulazzjoni.



Dr Joe Brincat
Kelliem Ewlieni ghall-
Ambjent u l-Patrimonju Nazzjonali

Roderick Galdes
Kelliem ghall-Ambjent u l-Patrimonju Nazzjonali

Dr Anton Refalo
Kelliem Ewlieni ghar-Regjun ta’ Ghawdex